Wednesday, July 24, 2024

Pedri se jġedded ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Barcelona qed jitkellmu mal-aġent ta’ Pedri sabiex iġeddulu l-kuntratt tiegħu u għalhekk imur lil hinn minn Ġunju 2026. Dan il-plejer li jilgħab f’nofs il-grawnd għandu 21 sena u jinsab għal qalbu fil-Katalunja u għalhekk dan il-ftehim għandu jkun wieħed bla problemi.

S’issa Pedri lagħab 94 partita f’erba’ snin kemm ilu mal-Blaugrana u skorja 14-il gowl. Hu se jkun qed jiżdiedlu s-salarju tiegħu minħabba wirjiet tajbin li qed jipproduċi bil-kowċ Xavi Hernandez li hu ferm kuntent bih.

Ekonomija

Sport