Apparti li Lazio qed jaħdmu fuq is-suq tat-trasferimenti sabiex jibnu skwadra b’saħħitha u li tista’ tikkompeti fl-edizzjoni tas-sena d-dieħla tal-UEFA Champions League, id-diriġenti tal-klabb minn Ruma qed jaħdmu wkoll sabiex iżommu żewġ plejers partikolari li spikkaw matul l-istaġun li għadda. Dawn huma Mattia Zaccagni u Pedro li se jkunu qed iġeddu l-kuntratt tagħhom filwaqt li jkollhom is-salarju tagħhom miżjud.
Kemm Pedro kif ukoll Zaccagni għenu lil Lazio jtemmu fit-tieni post tal-klassifika u l-coach Maurizio Sarri jqishom bħala fundamentali fil-metodu tattiku tiegħu għall-istaġun li ġej.