Sunday, December 22, 2024

Pele rilaxxat mill-isptar wara li rċieva kura għal kważi xahar

Aqra wkoll

Il-leġġenda tal-football Brażiljan Pele qal li huwa “kuntent ħafna li jinsab lura d-dar” wara li ġie rilaxxat mill-isptar wara li rċieva kura għal kważi xahar.

Pele li għandu 80 sena kellu tumur imneħħi mill-lemin tal-musrana tiegħu fl-4 ta’ Settembru li għadda, li sostna li nstab waqt kontrolli ta’ rutina li ma kienx għadda minnu minħabba l-pandemija.

Pele qatta’ żmien qasir fil-kura intensiva wara l-operazzjoni minħabba “instabbiltà qasira tan-nifs” iżda ġie meħlus nhar il-Ħamis.

L-Isptar Albert Einstein fejn kien joqgħod ħabbar nhar il-Ħamis li kien stabbli iżda se “jkompli għaddej bil-kimoterapija.”

L-attakkant leġġendarju kiteb fuq Facebook li: “Meta t-triq tkun iebsa, iċċelebra kull pass tal-vjaġġ. Iffoka fuq il-kuntentizza tiegħek.”

“Huwa veru li ma nistax naqbeż iżjed, iżda dawn il-jiem li għaddew kont b’saħħti aktar mis-soltu.”

“Irrid nirringrazzja lill-istaff kollu fl-Isptar Albert Einstein, li għamlu l-esperjenza tiegħi pjaċevoli … Grazzi wkoll lilkom kollha li bil-bosta tagħmlu ħajti kompluta b’tant messaġġi ta’ mħabba.”

Ekonomija

Sport