Saturday, December 28, 2024

Pele se jitneħħa mill-kura intensiva

Aqra wkoll

Il-leġġenda Brażiljana Pele se titneħħa mill-kura intensiva fil-jum jew jumejn li ġejjin wara li saritli operazzjoni biex jitneħħielu tumur.

Pele li għandu 80 sena qed jiġi kkurat fl-Isptar Albert Einstein f’Sao Paulo.

It-tifla ta’ Pele, Kely Nascimento, qalet li missierha kien “sejjer tajjeb ”u “m’għandux uġigħ” f’post fuq Instagram.

It-tliet darbiet rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja ilu jieħu l-kura fl-isptar mill-31 ta’ Awwissu wara li t-tumur ġie skopert f’testijiet ta’ rutina.

“Huwa jinsab b’saħħtu u bl-appoġġ u l-kura tat-team mediku  brillanti f’Einstein u l-imħabba, l-enerġija u d-dawl kollha li d-dinja qed tibgħat, huwa se jgħaddi minn dan kollu b’wiċċ il-ġid,” żiedet Nascimento.

Fi Frar 2020, it-tifel ta’ Pele, l-ex goalkeeper ta’ Santos Edinho, qal li missieru kien “imbarazzat” li jitlaq minn daru għax ma setax jimxi bla għajnuna.

Saħħtu kienet ta’ tħassib f’dawn l-aħħar snin fejn huwa għamel operazzjoni tal-prostata fl-2015 wara li ddaħħal l-isptar għat-tieni darba f’sitt xhur, u ddaħħal għal infezzjoni fl-awrina fl-2019.

Pele huwa l-aqwa skorer ta’ kull żmien tal-Brażil b’77 goal u wieħed mill-erba’ players biss li skorja f’erba’ tournamenti differenti tat-Tazza tad-Dinja.

Lionel Messi riċentement qabżu bħala l-aqwa skorer tal-irġiel tal-Amerika t’Isfel f’logħbiet internazzjonali b’hat-trick fir-rebħa ta’ 3-0 li l-Arġentina kisbet kontra l-Bolivja f’partita ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja.

Ekonomija

Sport