Wednesday, March 27, 2024

PELIN KAYA: CCTV’S MINUTA B’MINUTA

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-aħbar tal-qtil taż-żagħżugħa Torka, Pelin Kaya nhar it-18 ta’ Jannar li għadda, ħalla pajjiż ixxokjat u aktar xokkanti huma d-dettalji li qegħdin joħorġu dwar dan il-każ. Il-Pulizija xliet bi qtil volontarju lil Jeremie Camilleri u mill-investigazzjonijiet, permezz ta’ CCTV cameras, il-Pulizija għandha timeline ddettaljat ta’ kif seħħu eżattament l-affarijiet f’dak il-lejl ikrah. 

Fil-filmati, l-awtoritajiet għandhom f’idejhom il-movimenti kollha ta’ qabel, il-mument eżatt li fih ittajjret Pelin, meta waslu l-ewwel uffiċjali tal-RIU li arrestaw lis-suspettat, sa meta wasal l-ewwel tim mediku biex jassisti lil Pelin biex wara ttieħdet l-Isptar Mater Dei. 

Fost dettalji minn dawn il-filmati ta’ sigurtà rriżulta li s-suspettat tefa’ xejn inqas minn seba’ ġebliet fid-direzzjoni tal-vittma li wara li ttajret vjolentement, baqgħet mixħuta mal-art mingħajr ma tiċċaqlaq fuq bankina ħdejn il-KFC tal-Gżira. Dan seħħ proprju fil-lejl li Pelin kienet qiegħda tiċċelebra għeluq sninha. 

Barra minnhekk, mir-ritratti meħuda mis-CCTV cameras, naraw kif is-suspettat ma waqafx hemm. Dan kompla biex qabel ma telaq minn ħdejn Pelin, aggredixxa fiżikament tliet persuni oħra li kienu fuq il-post, kif ukoll tefa’ ġebla u laqgħat ir-raba’ xhud. Is-suspettat kompla biex hedded persuna oħra li kienet fil-vettura tagħha u mbagħad tefa’ darbtejn ġebel fuq vettura oħra li kienet ipparkjata fl-inħawi. 

Il-ħin li fih Pelin ittajjret mill-vettura tas-suspettat, BMW sewda, kien eżattament fis-1.05 ta’ filgħodu. L-uffiċjali tal-RIU li arrestaw lis-suspettat waslu fis-1.14 am mentri l-ewwel tim mediku biex jasssiti lill-vitma wasal fis-1.16 am. Hija ttieħdet l-isptar 46 minuta wara, jiġifieri 01.51 am. Dawn huma l-minuti li fihom seħħet traġedja li pajjiżna mhuwa, jew m’għandu, qatt jinsa.

Fis-17 ta’ Jannar 2023: 

  • Fit-20:05:52 pm – Is-suspettat kien miexi minn Triq il-Kbira f’Ħal Lija fid-direzzjoni tal-Pjazza ta’ Ħal Lija;
  • Fit-20:07:56 pm – Is-suspettat rikeb il-vettura tiegħu li kienet ipparkjata quddiem ir-residenza tiegħu fiċ-ċentru ta’ Ħal Lija;
  • Fit-20:14:46 pm – Is-suspettat għamel U-Turn bil-vettura tiegħu fi Triq il-Kbira, Ħal Lija;
  • Fit-20:15:03 pm – Is-suspettat kien qiegħed isuq il-vettura tiegħu fid-direzzjoni tat-Triq il-Forn, Ħal Lija;
  • Fit-20:33:25 pm – Is-suspettat ipparkja l-vettura tiegħu fi Triq il-Kbira, Ħal Lija quddiem ir-residenza tiegħu;
  • Fit-20:33:29 pm – Is-suspettat ħareġ mill-vettura tiegħu fi Triq il-Kbira, Ħal Lija quddiem ir-residenza tiegħu;
  • Fit-20:33:36 pm – Is-suspettat mar fid-direzzjoni tan-naħa ta’ quddiem tar-residenza tiegħu;

Fit-18 ta’ Jannar 2023:

  • F’00:57:51 am – Is-suspettat daħal fil-vettura tiegħu fi Triq il-Kbira; Ħal Lija;
  • F’00:58:33 am – Is-suspettat saq il-vettura tiegħu minn Triq il-Kbira, Ħal Lija fid-direzzjoni ta’ Ħal Balzan;
  • F’00:58:34 am – Is-suspettat kien qiegħed isuq il-vettura tiegħu minn Triq il-Kbira, Ħal Lija lejn Ħal Balzan;
  • F’00:58:39 am – Is-suspettat saq il-vettura tiegħu minn Triq il-Kbira, Ħal Lija fid-direzzjoni ta’ Ħal Balzan;
  • F’00:58:19 am – Is-suspettat inqabad jikser ir-regoli tat-traffiku fejn qabeż il-limitu tal-veloċità (75.8 km s-siegħa) fi Triq Dun Karm, B’Kara (il-bypass ta’ Birkirkara);
  • Fis-01:05:12 am – Is-suspettat saq il-vettura tiegħu fi Triq Testafferrata l-Gżira fid-direzzjoni tal-pompa tal-petrol “Paul & Rocco”;
  • Fis-01:05:51 am – Il-vittma kienet miexja fuq il-bankina fi Triq l-Imsida l-Gżira quddiem “The Seafood Market” fid-direzzjoni tal-pompa tal-petrol “Paul & Rocco”;
  • Fis-01:06:27 am – Is-suspettat saq il-vettura tiegħu fi Triq Testaferrata l-Gżira fid-direzzjoni ta’ “Paul & Rocco” viċin “The Seafood Market”;
  • Fis-01:06:30 am – Is-suspettat kien qiegħed isuq il-vettura tiegħu fi Triq l-Imsida l-Gżira id-direzzjoni tal-pompa tal-petrol Paul & Rocco ħdejn l-island tat-traffiku quddiem The Seafood Market ftit sekondi qabel l-impatt mal-vittma;
  • Fis-01:05:24 am – Il-vittma kienet miexja ħdejn il-pompa tal-petrol Paul & Rocco;
  • Fis-01:05:31 am – Is-suspettat resaq viċin il-vittma huwa u jsuq il-vettura tiegħu quddiem il-pompa tal-petrol Paul & Rocco fi Triq Imsida, l-Gżira;

L-INĊIDENT

  • Fis-01:05:31 am – Is-suspettat laqat lill-vittma huwa u jsuq il-vettura tiegħu quddiem l-pompa tal-petrol Paul & Rocco fi Triq l-Imsida, l-Gżira;
  • Fis-01:05:22 am – Is-CCTV cameras ġibdu t-tielet angolu fejn is-suspettat inqabad isuq il-vettura tiegħu u l-vittma miexja qabel ma ġiet imtajra;
  • Fis-01:05:24 am – Il-vittma taret wara li ntlaqtgħet mis-suspettat huwa u jsuq il-karozza tiegħu;
  • Fis-01:05:25 am – Il-vittma tidher fl-arja fost tifrik wara li ntlaqtgħet mill-vettura tas-suspettat li baqgħet għaddejja minn fuqha;
  • Fis-01:05:37 am – Il-vittma imtedded u ma ċċaqalqietx wara li tkaxkret fuq il-bankina quddiem il-KFC tal-Gżira fi Triq l-Imsida;
  • Fis-01:05:37 am – Is-suspettat ħareġ mill-vettura tiegħu u mexa fid-direzzjoni ta’ Triq l-Imsida, l-Gżira;
  • Fis-01:06:05 am – Is-suspettat mar fin-naħa opposta tal-KFC, Gżira u beda jagħti daqqiet lil persuna li kien fuq il-post;
  • Fis-01:06:22 am – Is-suspettat sawwat persuna oħra li kienet għaddejja minn fuq il-post quddiem il-KFC, Gżira;
  • Fis-01:06:25 am – Is-suspettat  ta daqqiet persuna oħra quddiem il-KFC, Gżira;
  • Fis-01:06:27 am – Persuni li kienu għaddejjin minn fuq il-post iddefendew lilhom infushom kontra s-suspettat u nqala’ diżgwid bejniethom;
  • Fis-01:06:56 am – Is-suspettat qasam Triq l-Imsida, Gżira u resaq fid-direzzjoni tal-vittma li kienet mixħuta mal-art ma tiċċaqlaqx;
  • Fis-01:07:00 am – Is-suspettat ġabar ġebla mill-art fil-ħin li l-vittma kienet għadha mal-art ma tiċċaċlaqx;
  • Fis-01:07:02 am – Is-suspettat tefa’ l-ewwel ġebla fid-direzzjoni tal-vittma fil-ħin li hija kienet għadha mal-art b’ebda sinjali ta’ movimenti;
  • Fis-01:07:05 am – Is-suspettat tefa’ għat-tieni darba ġebla lejn il-vittma li hawnhekk baqgħet mal-art ma tiċċaqlaqx;
  • Fis-01:07:07 am – Is-suspettat ġabar żewġ ġebliet li kienu fuq il-bankina filwaqt li l-vittma baqgħet bla movimenti;
  • Fis-01:07:10 am – Is-suspettat tefa’ t-tielet ġebla fid-direzzjoni tal-vittma li kienet għadha mal-art ma tiċċaqlaqx;
  • Fis-01:07:11 am – Is-suspettat tefa’ r-raba’ ġebla fid-direzzjoni tal-vittma li kienet għadha mixħuta mal-art b’ebda sinjali ta’ moviment;
  • Fis-01:07:12 am – Persuna li kienet għaddejja mill-inħawi rat dak li kien qiegħed jiġri u pprovat twaqqaf lis-suspettat. Dan għamlu billi tefa’ ġebla fid-direzzjoni tas-suspettat;
  • Fis-01:07:14 am – Is-suspettat irnexxielu jaqbad il-ġebla fl-arja u tefa’ l-istess ġebla (għall-ħames darba) fid-direzzjoni tal-vittma li kienet għadha mixħuta mal-art ma tiċċaqlaqx;
  • Fis-01:07:20 am – Is-suspettat ġabar ġebla oħra li kienet fuq il-bankina ħdejn il-vittma. Din min-naħa tagħha kienet għadha mal-art b’ebda sinjali ta’ moviment;
  • Fis-01:07:21 am – Is-suspettat tefa’ sitt ġebla fid-direzzjoni ta’ Pelin;
  • Fis-01:07:22 am – Din id-darba s-suspettat ġabar ġebla ikbar. Il-vittma kienet għadha mixħuta mal-art ma tiċċaqlaqx;
  • Fis-01:07:27 am – Is-suspettat tefa’ s-seba’ ġebla fid-direzzjoni tal-vittma waqt li hija kienet għadha mal-art ma tiċċaqlaqx;
  • Fis-01:07:32 am – Persuna li kienet għaddejja minn fuq il-post u rat dak li kien qiegħed jiġri, ikkonfrontat lis-suspettat;
  • Fis-01:07:46 am – Is-suspettat ġabar ġebla oħra li kienet fuq il-bankina waqt li kien qiegħed ikun ikkonfrontat minn persuna li kienet għaddejja minn fuq il-post;
  • Fis-01:07:47 am – Is-suspettat tefa’ l-ġebla li ġabar u laqgħat lill-persuna li kienet għaddejja minn fuq il-post u kkonfrontatu;
  • Fis-01:08:37 am – Is-suspettat telaq minn fejn il-vittma u mar lejn in-naħa ta’ fuq tal-pompa tal-petrol imsemmija. Hawn huwa hedded persuna oħra li kienet għaddejja minn fuq il-post fil-vettura tagħha;
  • Fis-01:08:59 am – Is-suspettat tefa’ ġebla lejn vettura li kienet ipparkjata quddiem il-pompa tal-petrol ta’ Paul & Rocco;
  • Fis-01:09:00 am – Is-suspettat ġabar ġebla oħra waqt li kien għadu quddiem l-istess pompa tal-petrol;
  • Fis-01:09:01 am – Is-suspettat tefa’ t-tieni ġebla fid-direzzjoni tal-vettura li kienet ipparkjata quddiem il-pompa;
  • Fis-01:09:05 am – Is-suspettat ġabar ġebla oħra filwaqt li kien għadu quddiem il-pompa tal-petrol imsemmija;
  • Fis-01:13:54 am – Is-suspettat telaq minn quddiem il-pompa tal-petrol Paul & Rocco u mar in-naħa t’isfel ta’ Triq l-Imsida, Gżira, faċċata tal-vittma;

IL-WASLA TAL-PULIZIJA U TIM MEDIKU 

  • Fis-01:14:27 am – L-ewwel uffiċjali tal-RIU waslu fi Triq l-Imsida l-Gżira;
  • Fis-01:14:54 am – L-ewwel uffiċjali tal-RIU li marru fuq il-post tal-inċident fejn irnexxielhom jarrestaw lis-suspettat;
  • Fis-01:16:25 am – L-ewwel tim mediku wasal fuq il-post u bdew jassistu lill-vittma li kienet għadha mal-art ma tiċċaqlaqx.
  • Fis-01:16:54 am – L-ewwel tim mediku beda l-proċeduri tas-CPR fuq il-vittma;
  • Fis-01:41:36 am – Is-suspettat kien eskortat u tneħħa mill-post fuq stretcher akkumpanjat minn uffiċjali tal-pulizija;
  • Fis-01:42:08 am – Il-Pulizija tad-Distrett għalqu l-inħawi bit-tape fi Triq l-Imsida, l-Gżira;
  • Fis-01:51:16 am – Il-vittma tpoġġiet fuq stretcher u ttieħdet lejn l-Isptar Mater Dei.
Ekonomija

Sport