Friday, November 15, 2024

Pello Bilbao jirbaħ l-10 stadju taT-Tour de France

Aqra wkoll

L-Ispanjol Pello Bilbao (Team Bahrain Victorious) rebaħ l-10 stadju tat-Tour de France li kien bejn Vulcania u Issoire fuq distanza ta’ 167.5 kilometru. 

Bilbao rreġistra ħin ta’ 3:52:34 u huwa ddedika din ir-re­b­ħa lill-ex kollega tiegħu, Gino Mader, li miet fis-16 ta’ Ġunju li għadda, wara li kien ivolut fi kraxx fit-Tour tal-Isvizzera, fl-etá ta’ 26 sena.  

“Din ir-rebħa hija waħda speċjali għat-team tagħna fejn ilkoll qed niddedikawha għall-memorja ta’ Gino,” qal Bilbao. 

It-tmiem kien wieħed eċċitanti hekk kif huwa għeleb l-isfida tal-Ġermaniż Georg Zimmermann (Intermarche), l-Awstraljan Ben O’Connor (AG2R Citroen Team) u l-Lat­vjan Krists Neilands (Israel–Premier Tech).

Id-Daniż, Jonas Vingegaard (Team Jumbo–Visma) baqa’ jżomm il-flokk l-isfar meta għandu ħin ta’ 42:33:13.

Illum isir il-11-il stadju li jkun bejn Clermont-Ferrand u Moulins fuq distanza ta’ 180 kilometru. 

Ekonomija

Sport