Monday, May 13, 2024

Żewġ Taljani bi ġrieħi gravi wara argument f’Marsaskala

Aqra wkoll

Il-pulizija fi stqarrija qalu li mill-investigazzjoni preliminari rriżulta li kien seħħ argument bejn żewġ Taljani wieħed ta’ 52 u l-ieħor 37 sena, u żewġ persuni oħra li ħarbu minn fuq il-post.

Waqt dan l-argument, allegatament, intużat arma li taqta’ u bil-ponta.

Iż-żewġt irġiel Taljani ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura, fejn aktar tard ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech LL.D li ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Aktar kmieni: Tfittxija għall-aggressur wara argument imdemmi f’Marsaskala

Żewġ persuni kellhom jittiħdu lejn l-Isptar Mater Dei inħabba xi ġrieħi li sofrew wara li għall-ħabta tas-6.45pm żvolġa argument fi Triq is-Sikka f’Marsaskala.

Fuq il-post bħalissa hemm diversi uffiċjali tal-Pulizija li qegħdin jinvestigaw il-każ fejn fost l-oħrajn qegħdin jiġu mitkellma xi persuni residenti fl-istess triq.

Parti mit-triq kellha tingħalaq sakemm isiru l-investigazzjonijiet neċessarji anke minħabba dmija li hemm mal-art fit-triq imsemmija.

Skont informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher ukoll li t-tfittxija għall-aggressur għadha għaddejja u mhux eskluż li huwa armat.

Aktar dettalji kif jaslulna…

Sport