Sunday, November 29, 2026
Home Sport Janice Briffa tinħatar Viċi President tal-Għaqda Ġurnalisti Sport

Janice Briffa tinħatar Viċi President tal-Għaqda Ġurnalisti Sport

0
26

Il-Kumitat Eżekuttiv il-ġdid tal-Għaqda Ġurnalisti Sport żamm l-ewwel laqgħa tiegħu taħt il-presidenza ta’ Lorraine Cunningham.

Matul il-laqgħa, Janice Briffa nħatret unanimament bħala Viċi President tal-Għaqda. Briffa għandha aktar minn 25 sena esperjenza fil-ġurnaliżmu sportiv u attwalment tokkupa kariga eżekuttiva fi ħdan id-Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi tal-Malta Football Association.

Il-Kumitat Eżekuttiv tenna l-impenn tiegħu lejn l-organizzazzjoni tat-turnament tradizzjonali tal-futbol għall-karità f’Boxing Day, l-Għażliet Sportivi Nazzjonali u l-Atlas Youth Athlete of the Month Award.

Il-Kumitat iddeċieda wkoll li t-TGS Fair Play Award, li tingħata erba’ darbiet fis-sena, tibda tissejjaħ TGS Fair Play and Social Responsibility Award, b’rikonoxximent tal-importanza tal-valuri sportivi u tar-responsabbiltà soċjali fil-komunità sportiva.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here