Sunday, November 24, 2024

Pensjonijiet fir-Renju Unit jinqabdu mit-taxxa tad-dħul

Aqra wkoll

Rapport riċenti publikat fir-Renju Unit jiżvela li minkejja l-wegħda tal-Partit Konservattiv li l-pensjoni se tibqa’ ħielsa mit-taxxa, bosta anzjani qed ikollhom iħallsu t-taxxa fuq il-pensjoni tagħhom. Il-pensjoni standard ġdida tal-istat bħalissa tinsab taħt il-limitu ta’ £12,570 iżda żidiet futuri jistgħu jġibuha ‘l fuq minn dak il-livell u b’hekk ikollha titħallas it-taxxa fuq id-dħul.

Il-manifest Konservattiv jinkludi t-triple lock plus – pjan biex jgħolli l-limitu ħieles mit-taxxa sabiex il-pensjoni tal-istat il-ġdida ma titkaxkarx fix-xibka tat-taxxa tad-dħul.
Madankollu, il-konsulenza tal-pensjonijiet LCP tgħid li l-ammont li diġà jirċievu n-nies fil-pensjoni tal-istat ivarja u jfisser li xi wħud diġà jħallsu u se jkomplu jħallsu taxxa fuqha. Dan huwa r-riżultat tal-kumplessitajiet u l-allowances fis-sistema attwali.

It-tassazzjoni tal-pensjonijiet hija kwistjoni ewlenija mqajma mill-votanti permezz tal-proġett Your Voice, Your Vote tal-BBC.

Ħafna nies qed jittalbu għal ċarezza dwar il-politiki tal-pensjonijiet, b’uħud minnhom jindikaw li xi wħud mid-dħul tal-pensjoni tagħhom diġà huwa ntaxxat.

F’din is-sitwazzjoni ħafna anzjani pensjonanti qed jistaqsu jekk hemmx garanzija li l-pensjoni tagħhom hix se tkun soġġetta għat-triple lock u ħielsa mit-taxxa. Il-partiti l-kbar kollha qalu li se jżommu it-triple lock – wegħda li tiżdied il-pensjoni tal-istat kull sena bl-ogħla pagi, inflazzjoni jew 2.5%.

Bil-limiti tat-taxxa ffriżati għall-inqas għat-tliet snin li ġejjin, taħt il-pjani tal-partiti ewlenin, dan iqajjem il-prospett li ħafna nies jiġu ntaxxati anki jekk jirċievu biss il-pensjoni tal-istat bħala dħul.

Madankollu, il-Konservattivi qalu li se jintroduċu t-triple lock plus, li jżid il-limitu biex jiżgura li l-pensjoni ma tintlaqatx mit-taxxa.

Il-manifest Konservattiv għall-elezzjoni li qed toqrob jinkludi t-triple lock plus – pjan biex jgħolli l-limitu ħieles mit-taxxa sabiex il-pensjoni tal-istat il-ġdida ma tinqabadx fix-xibka tat-taxxa tad-dħul.

Sport