Il-manager ta’ Manchester City, Pep Guardiola, iffirma kuntratt ġdid ta’ sentejn li se jżommu mal-club sal-2025.
Guardiola, 51 sena, rebaħ 11-il trofew, fosthom erba’ titli tal-Premier League, matul sitt snin fl-Etihad Stadium.
“Mill-ewwel jum ħassejt xi ħaġa speċjali hawn. Ma nistax inkun f’post aħjar,” qal l-Ispanjol Guardiola.
“Ninsab kuntent ħafna li nibqa’ f’Manchester City għal sentejn oħra.”
“Ma nistax ngħid grazzi biżżejjed lil kulħadd f’dan il-club li fdali t-tmexxija tat-team. Nsnabu kuntent u komdu, u għandi dak kollu li għandi bżonn biex nagħmel xogħli bl-aħjar mod possibbli.
“Naf li l-kapitlu li jmiss ta’ dan il-club se jkun wieħed kbir. X’ara f’dawn l-aħħar 10 snin, u se jiġri fl-10 snin li ġejjin għax dan il-club huwa tant stabbli.
“Għadni nħoss li nistgħu niksbu aktar flimkien u għalhekk irrid nibqa’ u nkompli niġġieled għar-rebħ tat-trofej”