Sunday, May 5, 2024

Pep Guardiola jikkonferma l-wasla tad-difensur Sergio Gomez ma’ Manchester City

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Manchester City, Pep Guardiola, ikkonferma l-wasla imminenti tad-difensur xellugi Sergio Gomez, li se jibqa’ mal-iskwadra tal-ewwel team dan l-istaġun.

Is-Citizens laħqu ftehim mal-club Belġjan Anderlecht nhar l-Erbgħa biex jiffirmaw liż-żagħżugħ ta’ 21 sena bi ħlas li hu maħsub li jaqbeż l-€10m.

Il-konferma tal-wasla ta’ Gomez fl-Etihad Stadium hija imminenti, bil-player allegatament jinsab fi triqtu lejn Manchester għat-tetstijiet mediċi tiegħu u biex jiffirma l-kuntratt tiegħu fi tmiem il-ġimgħa.

Sport