Manchester City ikkonfermaw li l-manager Pep Guardiola ġie ttestjat pożżittiv għall-coronavirus u se jitlef il-partita tat-tielet rawnd tal-FA Cup tal-Ġimgħa barra minn darhom kontra Swindon Town.
Il-każijiet tal-coronavirus qed jiżdiedu fil-kamp ta’ Manchester City. It-tabib tal-club ikkonferma li l-manager Pep Guardiola u l-assistent Juanma Lillo irriżultaw pożittivi għall-Covid-19.
Il-club ħabbar li ż-żewġ persunel qed jiżolaw lilhom infushom.
Manchester City żvelaw ukoll li rriżultaw pożittivi nhar it-Tlieta u li seba’ plejers tal-ewwel tim u 14-il persunal tal-istaff tekniku qed jiżolaw lilhom infushom minħabba l-virus. Madankollu, il-logħba tal-Ġimgħa se tintlagħab kif ippjanat u l-assistent kowċ Rodolfo Borrell se jkun fil-kariga.