Friday, May 3, 2024

Programm kulturali alternattiv għall-edizjoni tal-Karnival ta’ din is-sena

Aqra wkoll

Festivals Malta jħabbar li ser ikun qiegħed jippreżenta programm kulturali alternattiv għall-edizjoni tal-Karnival ta’ Malta 2022. 

Fi stqarrija, ġie spjegat li l-programm imħejji huwa intiż li filwaqt li titkompla tiġi ċċelebrata l-espressjoni artistika u t-tradizzjonijiet kulturali ta’ pajjiżna, tiġi mħarsa wkoll is-saħħa tal-parteċipanti u l-pubbliku in ġenerali.

Għaldaqstant, Festivals Malta qalet li ser ikun qiegħed jitella programm kulturali li jħares il-protokolli maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika fejn ser jinkludi esebizzjoni tal-kostumi u fotografija marbuta mal-Karnival, interpretazzjoni tal-Qarċilla ġewwa Spazju Kreattiv, kif ukoll fit-toroq tal-Belt Valletta ser jiġu esebiti installazzjonijiet b’materjal tradizzjonali karnivalesk.

Aktar dettalji jingħataw fil-ġranet li ġejjin.

Sport