Friday, May 3, 2024

“Peppi Azzopardi qed jibki għax qal li Roberta Metsola qed tiġi ċċensurata”- Alex Agius Saliba

Aqra wkoll

“Pepp – Times of Malta u MaltaToday avviċinawna sabiex isir dibattitu bejni u Roberta Metsola u kienet hi li sa issa evitat li twieġeb għall-istedina taż-żewġ dibattiti”.

Dan qalu l-MPE Alex Agius Saliba f’messaġġ fuq Facebook, fejn sostna li l-iskuża li hi President u għaldaqstant li ma tiddibattix ma treġix għax wara li joħroġ ir-rit tal-elezzjoni kemm hu u kemm Metsola jispiċċaw kandidati ugwali.

Tenna; “Tħobb tant id-diskussjonijiet Pepp, mhux aħjar minflok toqgħod tnewwaħ fuq il-BA, tappella lil Metsola sabiex ma toqgħodx iġib skużi u jekk trid organizza dibattitu sura ta’ nies int stess – ma jkolli l-ebda problema nattendi”.

Temm il-messaġġ b’mistoqsija rettorika, fejn saqsa jekk hux ir-regoli li għoddu għalih ma għandhom għoddu għal ‘Madame President’.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport