Thursday, April 18, 2024

Peppi jisħaq li jekk il-Gvern jibdel l-emenda tat-tqala m’għandux jiġi kritikat li għamel u-turn

Aqra wkoll

Peppi Azzopardi kien wieħed mill-mistednin li tkellem fl-attività mtella’ mill-PN li saret f’għarfien dwar għala hemm oppożizzjoni dwar l-emenda tat-tqala. Filwaqt li huwa nsista li din il-ġlieda mhiex tan-Nazzjonalisti jew tal-Knisja biss, huwa għamel appell importanti li fih ħeġġeġ biex jekk il-Gvern jibdel din l-emenda, aktar milli jsir kliem bħal “għamel u-turn”, għandna minflok nifirħu kollha flimkien għax se jkunu salvati ħafna trabi.

Fl-intevent tiegħu Azzopardi attakka l-użu tal-kelma “saħħa” fl-emenda proposta mill-Gvern fejn qal li din hija skuża komda għax “l-ebda marda mentali ma tista’ titfejjaq bl-abort”. Huwa beda d-diskors tiegħu billi qasam l-istorja ta’ koppja omosesswali rġiel li adottaw tifel bid-Down Syndrome fejn spjega li dawn issa għandhom il-biżgħa ta’ kif se jispjegaw lil binhom meta jikber għala tfal b’kundizzjonijiet bħal tiegħu “meta jidħol l-abort, joqtlu tfal bħalu”. 

Imma, aktar minnhekk, Peppi Azzopardi attakka l-fatt li skont huwa l-Gvern qiegħed jinsisti li jibqa’ jdaħħal din l-emenda meta ebda mara jew tabib f’dawn l-aħħar 200 ma spiċċaw il-ħabs mentri fl-istess ħin, “sa sena ilu kellna ħabs li kien jitratta lin-nisa ta’ żibel”. Huwa qal dan fir-rigward tal-każ tat-tfajla Kim li tgħallqet fil-ħabs wara li ma tħallitx tmur għall-kura mid-dipendenza tad-droga fil-Caritas. 

Fuq l-istess “protezzjoni tan-nisa” huwa dawwar il-folja fuq il-kwistjoni tal-immigranti nisa fejn għalkemm ħadd ma mar il-ħabs meta ġiet salvata ħajja ta’ omm tqila u mhux dik tat-tarbija, staqsa għala u kif il-Gvern ma jinkwetax dwar l-immigranti. “Mela dawk mhux nisa wkoll? Kif ma nkwetajtux fuq is-saħħa tan-nisa li kienu fuq id-dgħajsa taż-żona ta’ salvataġġ li fiha tifla ta’ erba’ snin mietet bil-għatx f’ħoġor ommha? Jekk hija fqira, ejja neqirdu l-faqar,” issuġġerixxa Azzopardi. 

Huwa temm jgħid li f’din il-ġlieda kollettiva, it-timbru huwa favur il-ħajja u li ħadd m’għandu jibża’ għax it-trabi huma kollha persuni li għandhom id-dritt li nħalluhom jitwieldu.

Ekonomija

Sport