Tuesday, February 10, 2026

Peppi jitlob li jinbidlu l-kliem ta’ Bella għall-Eurovision … jgħid li għandna niddedikaw l-ewwel parti għat-tfal Palestinjani

Aqra wkoll

“Jiena ma naqbilx mal-boycott. Ma nemminx li għandna nibbojkotjaw il-Eurovision minħabba l-ġenoċidju li wettaq il-Gvern ta’ Iżrael. Dejjem emmint illi jekk hekk hemm spazju biex tieħu sehem ħudu. U hekk għandna nagħmlu. Immorru bil-kanzunetta ta’ Aidan li hija waħda mill-isbaħ kanzunetti internazzjonali li qatt ħadet sehem fil-Eurovision. IMMA jien qed nissuġġerixxi li nbiddlu xi kliem mis-song u niddedikaw l-ewwel parti għat-tfal Palestinjani li nqatlu fil-ġenoċidju. Hawn taħt qed nissuġġerixxi t-tibdil”

Dan iddikjarah Peppi Azzopardi permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali, fejn sostna; “ippruvajt kemm stajt inħalli l-kliem tal-kanzunetta oriġinali, imma ovvja kelli nbiddel biex insemmi li ’l fuq minn 20,000 tifel u tifla li kienu massakrati u li fil-kanzunetta, tkun ċara Ii l-poplu Malti qed jitlob ġustizzja”.

Irrimarka li qed jibgħat din l-idea u dawn il-kliem liċ-chairperson tal-PBS Anna Bonnet biex tikkunsidra din l-alternattiva.

Kif taraw il-kliem ma jistax jitqies politiku apposta biex ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-EBU”

BELLA (new version)

Hello my friend

This was the end

We never had the time to say goodbye

Hello my friend

I hear you cry

Why 20,000 children had to die?

What if our world will start again

To feel the love to feel the pain

I know you know it’s time to love again

As you have lost your only son

Let’s meet so justice will be done

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport