“Ix-xogħol fuq it-trakka tal-karozzi f’Ħal Far miexi, u llum iltqajna mal-periti ta’ fama mondjali Tilke, li se jaħdmu fuq il-proġett”. Kiteb dan is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook.
Muscat żied jgħid li din hija ħolma għad-dilettanti kollha tal-karozzi, li ġiet studjata bir-reqqa u li se titwettaq bil-fondi tal-NDSF.
Dan wara li ftit tal-ġimgħat ilu ġie mħabbar proġett ta’ €20 miljun li se jkunu qegħdin jintefqu biex dan il-proġett tant mistenni mid-dilettanti tal-motorsports isir realtà.