Il-Protezzjoni Ċivili qalu li lbieraħ mexxew operazzjoni ta’ salvataġġ f’Għar Lapsi wara li persuna kellha bżonn assistenza medika minħabba s-sħana.
Il-pazjent ġie assistit minn tim mediku li mar fuq il-post u wara tella’ fuq Delta 2 fejn twassal lejn ix-xtajta.
Il-persuna ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
