Illum l-eks Prim Ministru Joseph Muscat jagħlaq 48.
Fuq il-midja soċjali bosta kienu dawk il-persuni li awgurawlu fosthom iż-żagħżugħ, kandidat aspirat fuq il-lokalità ta’ Birkirkara taħt il-Partit Laburista Stefano Sicari.
Filwaqt li qal li kien Muscat li ressqu lejn il-politika, Sicari ddeskrivieh bħala persuna li temmen fil-bżonn taż-żgħażagħ fil-politika, persuna li rat l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi u persuna li minn dejjem kellha viżjoni.
Intant, kandidat ieħor f’isem il-Partit Laburista, Gianluca Cutajar, qal: “Ħames snin ilu inti wrejt il-fiduċja fija biex inkun kandidat f’isem il-Partit Laburista. Għalhekk ser niddedika lilek il-kandidatura tiegħi fuq il-Ħames Distrett fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss.”
Dr Muscat twieled fit-22 ta’ Jannar tal-1974. Huwa kien ġie elett bħala Mexxej tal-Partit Laburista fis-sena 2008 u fl-2013 kien elett bħala Prim Ministru.
Erba’ snin wara huwa kien reġa’ ġie kkonfermat bħala Prim Ministru hekk kif il-Partit Laburista jkollu rebħa oħra fl-elezzjoni ġenerali. Huwa rriżenja minn Prim Ministru nhar it-13 ta’ Jannar 2020.