Wednesday, May 8, 2024

Arnold Schwarzenegger involut f’inċident ikrah bejn erba’ vetturi

Aqra wkoll

L-attur Arnold Schwarzenegger kien involut f’inċident ikrah bil-karozza ġewwa Los Angeles.

Il-ħabta bejn erba’ vetturi, li seħħet il-Ġimgħa wara nofsinhar, ħalliet persuna waħda bi ġrieħi, qalet il-Pulizija ta’ Los Angeles.

Ritratti li ttieħdu mill-post tal-inċident juru li l-karozza tiegħu telgħet fuq mill-inqas żewġ vetturi filwaqt li l-attur jidher wieqaf fil-qrib.

Il-Pulizija qalet li ma sar l-ebda arrest u eskludiet l-involviment ta’ droga u alkoħol.

Skont dak li ġie rrappurtat, huwa kien qed idur fit-triq traffikuża meta l-karozza tiegħu ħabtet ma’ Prius u l-GMC Yukon SUV tiegħu spiċċat fuq il-karozza l-oħra.

Il-karozza tiegħu mbagħad tgerbet lejn Porsche li kienet tinsab wara l-vettura tiegħu, b’persuna li rat dan kollu jseħħ tiddeskrivih bħallikieku kienet stunt ta’ film. 

Kawża ta’ dan l-inċident ix-xufiera tal-Prius ittieħdet l-isptar għall-kura minħabba xi ġrieħi li kellha f’rasha.

Il-kelliem ta’ Schwarzenegger qal li l-attur ma weġġax f’dan l-inċident tant li baqa’ fuq il-post u kien ukoll tkellem mal-pulizija u mal-persuna feruta.

Rapporti qalu li bħalissa għaddejjin l-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan l-inċident. 

Sport