Friday, May 3, 2024

Jinżamm arrestat ir-raġel mixli bi qtil doppju f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Viktor Dragomanski, li jinsab mixli bil-qtil doppju ta’ Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski li seħħ f’Tas-Sliema fit-18 ta’ Awwissu tal-2020, u b’hekk baqa’ jinżamm arrestat.

L-Imħallef Aaron Bugeja ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest wara li Dragomanski ma ssodisfax il-kundizzjonijiet biex jinħeles mill-arrest preventiv.

Dragomanski ċaħad li kellu x’jaqsam fil-qtil doppju, kif ukoll ċaħad akkużi oħra ta’ serq, pussess ta’ arma mingħajr liċenzja u serq ta’ karozzi u pjanċi tal-karozzi. F’każ li Dragomanski jinstab jinstab ħati ta’ dawn l-akkużi, huwa jista’ jeħel għomru l-ħabs.

Huwa kien ġie identifikat minn filmati tal-kameras tas-sigurtà hu u ħiereġ mill-post fejn fih seħħ id-delitt u mbagħad kien ġie arrestat il-Gżira wara li kien prova jaħrab mill-pulizija.

L-imħallef qal li ma jinsabx konvint li jekk jingħata l-ħelsien mill-arrest, l-imputat jimxi mal-kundizzjonijiet imposti fuqu filwaqt li qabel mal-argument tal-Avukat Ġenerali dwar il-fatt li li hemm riskju kbir li huwa jaħrab minn Malta. Meta qieset dawn l-affarijiet, il-Qorti għaldaqstant ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Sport