Persuna nqatlet u mill-inqas 12-il persuna oħra sfaw midruba fi sparatura tal-massa li seħħet f’ħanut tal-merċa ġewwa Tennessee.
Dan l-attakk seħħ f’Collierville nhar il-Ħamis wara nofsinhar madwar 56 kilometru fil-lvant tal-belt ta’ Memphis.
Il-persuna li fetħet in-nar, li huwa raġel, miet fuq il-post u uħud minn dawk midruba sofrew ġrieħi gravi ħafna.
Din mhix l-ewwel sparatura tal-massa f’ħanut tal-merċa fl-Istati Uniti din is-sena. F’Marzu, raġel attakka nies li kienu jinsabu f’supermarket f’Boulder, Colorado, u qatel 10 persuni fosthom uffiċjal tal-pulizija.