Dalgħodu ferrovija ta’ TGV li kienet qiegħda tivvjaġġa minn Dunkirk lejn Pariġi fi Franza ħabtet ma’ trakk waqt li kienet għaddejja b’veloċità kbira.
Jirriżulta li għal xi raġuni s-sewwieq tat-trakk kien qiegħed jipprova jaqsam triq li minnha tgħaddi l-ferrovija wkoll meta seħħ l-inċident.
Ix-xufier tal-ferrovija tilef ħajtu fuq il-post u aktar minn 30 persuna oħra sofrew xi ġrieħi. Fuq il-ferrovija kien hemm madwar 250 persuna li b’mod immedjat ġew evekwati. Is-sewwieq tat-trakk jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

