F’appell li sar lill-pubbliku mill-Korp tal-Pulizija, qiegħda tintalab l-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab Morat Abdikadir Mohammed Naswan, ir-raġel li jidher fir-ritratt.
Din mhux l-ewwel darba li r-raġel kien qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija tant li f’Awwissu tal-2022 huwa kien tressaq il-Qorti flimkien mas-sieħba tiegħu fejn kienu akkużati b’pussess u traffikar ta’ droga u li wettqu atti ta’ ħasil ta’ flus. Il-Pulizija kienet għamlet rejd għad-droga f’residenza fil-Belt fejn instabu 20 qratas tal-kokaina lesti biex jiġu traffikati filwaqt li nstabet ammont ta’ eroina, kannabis u droga sintetika.
Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 25/2023.