Persuna mhux awtorizzata qiegħda ddur bieb bieb tiġbor flus kif ukoll tbigħ xi biljetti f’isem l-Azzjoni Kattolika. Qal dan Angele Xuereb, Segretarju Ġenerali tal-Azzjoni Kattolika Maltija fi stqarrija.
L-istqarrija żiedet tgħid li l-ebda persunsa mhi awtorizzata li tiġbor flus bieb bieb f’isem l-Azzjoni Kattolika jew is-Segretarjat Assistenza Soċjali, u għaldaqstant qed tħeġġeġ lin-nies biex ma jagħtux flus lil persuni li jħabbtulhom biex jiġbru għal dan il-għan.