Friday, April 19, 2024

Persuna tinqeda bl-isem tal-Azzjoni Kattolika biex tiġbor flus u tbigħ biljetti

Aqra wkoll

Persuna mhux awtorizzata qiegħda ddur bieb bieb tiġbor flus kif ukoll tbigħ xi biljetti f’isem l-Azzjoni Kattolika. Qal dan Angele Xuereb, Segretarju Ġenerali tal-Azzjoni Kattolika Maltija fi stqarrija.

L-istqarrija żiedet tgħid li l-ebda persunsa mhi awtorizzata li tiġbor flus bieb bieb f’isem l-Azzjoni Kattolika jew is-Segretarjat Assistenza Soċjali, u għaldaqstant qed tħeġġeġ lin-nies biex ma jagħtux flus lil persuni li jħabbtulhom biex jiġbru għal dan il-għan.

Sport