Saturday, November 23, 2024

Persuna tinsa tliet kilogrammi deheb abbord ferrovija fl-Iżvizzera

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tista’ tgħid li xi darba kulħadd nesa xi ħaġa warajh, min forsi ħalla l-mowbajl, il-kartiera jew xi nuċċali, iżda mhux kulħadd jista’ jgħid li nesa warah tliet kilogrammi ta’ deheb. 

Il-pulizija tal-Iżvizzera qegħdin jipprovaw isibu lill-persuna li ħalliet warajha basket mimli bid-deheb abbord ferrovija. Dan il-basket kien instab f’Ottubru li għadda u s’issa l-pulizija għadhom ma sabux ta’ min kien. Huwa stmat li b’kollox dan id-deheb jiswa madwar $191,000.

Il-basket bid-deheb instab fuq ferrovija li kienet qiegħda tivvjaġġa bejn St Gallen u Lucerne. 

Stqarrija uffiċjali li ħarġet kienet tgħid li l-propjetarju għandu ħames snin ċans biex jerġa’ jieħu lura l-propjetà tiegħu. 

Is-sejba saret pubblika issa wara li l-isforzi li wettqu l-pulizija rriżultaw kollha fin-negattiv. S’issa għadu mhux magħruf kif il-pulizija se jirnexxilhom jivverifikaw b’ċertezza jekk xi ħadd imur jgħidilhom li huwa l-propjetarju ta’ dan id-deheb. 

Sport