Friday, April 19, 2024

Il-Knisja kawta dwar il-festi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kurja ma kkommettietx lilha nnifisha dwar il-possibilità li fil-ġimgħat li ġejjin jirritornaw il-festi hekk kif il-miżuri b’rabta mal-Covid-19 qed ikomplu jiġu rilaxxati.

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li m’għadx hemm bżonn li tibqa’ fis-seħħ id-dikjarazzjoni ta’ emerġenza fis-saħħa pubblika b’waħda mill-miżuri li se titneħħa hija r-restrizzjoni ta’ 75 persuna.

Dan wassal biex kien hemm diversi dilettanti tal-festa li bdew jistaqsu jekk hux lok li jsiru l-festi u dan il-ġurnal staqsa lill-Kurja dwar x’inhija l-pożizzjoni tagħha f’dan ir-rigward.

Kelliem għall-Kurja qalilna li d-direttivi l-ġodda jew il-bidliet fil-leġislazzjoni attwali li se jimplimentaw dak li ħabbar il-Prim Ministru se jiġu evalwati ladarba jiġu ippubblikati.

Huwa żied li sadanittant iż-żewġ djoċesijiet qed ikomplu jimxu mal-kundizzjonijiet attwali dwar il-postijiet ta’ qima kif maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa u li ġew aġġornati fil-11 ta’ Ġunju.

Sport