Sunday, December 22, 2024

Persuna tipprova tweġġa’ lilha nnifsiha fil-ħabs ta’ Kordin

Aqra wkoll

Dalgħodu għall-ħabta tat-8.38am, persuna ta’ 42 sena għamlet attentat biex tweġġa’ lilha nnifisha fil-Ħabs ta’ Kordin. Dan intqal fi stqarrija li ħarġet l-Aġenzija għas-Servizz Korrettivi.

L-istqarrija tgħid li dan l-inċident ġie rraportat minn persuni oħrajn fl-istess diviżjoni u li seħħ ftit wara li sar il-fall-in.

Il-persuna ngħatat l-ewwel għajnuna fosthom dik medika minn mediċi, fejn immedjatament issejħet ambulanza li waslet fuq il-post fi ftit ħin u ħaditu Mater Dei.

“Il-persuna kienet ilha ġewwa l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ftit ġimgħat, u kienet ipprovduta għajnuna medika filwaqt li kienet mitkellma minn psikologu jumejn ilu,” qalet l-istqarrija.

L-Aġenzija qalet li dwar dan il-każ sar rapport mal-pulizija u infurmata li nħatret inkjesta maġisterjali.

Ekonomija

Sport