Friday, May 10, 2024

Possibbiltá li Everton jistgħu jitnaqqsulhom disa’ punti oħra

Aqra wkoll

Everton, li għadhom kif tnaqqsulhom 10 punti talli kisru r-regoli tal-Financial Fair Play, jistgħu jitilfu disgħa oħra jekk l-ilment minn Leeds United, Leicester City u Burnley jiġi aċċettat.

Dawn it-tliet clubs qed jippjanaw li jfittxu lit-Toffees għal £300 miljun f’danni wara li l-Premier League ippenalizzathom bi tnaqqis ta’ 10 punti talli kisru r-regoli tal-infiq tal-kompetizzjoni.

It-tliet clubs qed isostnu li huma ġew relegati minħabba li Everton qarrqu biex huma salvaw posthom fl-ogħla diviżjoni. 

Il-konsorzju ‘777Partners’, li bħalissa jinsabu f’negozjati biex jixtru lill-club minn Liverpool, mhumiex lesti li jħallsu l-possibbiltà ta’ multa ta’ £300m.

Dan iwassal għal sanzjoni possibbli għan-nuqqas ta’ ħlas u tnaqqis ta’ disa’ punti oħra li jħallu lill-club f’pożizzjoni delikata ħafna biex jibqgħu jilagħbu fil-Kampjonat Premier.

Sport