Wednesday, April 24, 2024

Se nżommu kelmitna mal-għalliema

- Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

“Se nkunu qegħdin inżommu kelmitna mal-għalliema. Jekk verament l-għan hu l-edukaturi, mela konvint li nistgħu naslu.” Hekk sostna l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela waqt li kien qiegħed jindirizza attività politika fin-Naxxar.

“M’hemm ebda raġuni li tista’ tagħti x’jifhem lil xi ħadd li dan il-Gvern li żied il-pagi ta’ tant ħaddiema ma jridx jagħmel l-istess mal-għalliema. Staqsu intom li qed isegwu; x’sens kien jagħmel li naslu mal-pulizija u l-infermiera, fost oħrajn, iżda mhux mal-għalliema? It-tweġiba ta’ din id-domanda hija r-risposta ta’ kemm irridu nżommu kelmtna hawn ukoll. Ma konniex xħaħ ma’ sezzjonijiet oħra ta’ ħaddiema u bl-istess mod m’aħniex xħaħ mal-għalliema. Iva, irridu ntejbu l-kundizzjonijiet tal-għalliema u hemm għandna naslu,” sostna l-Prim Ministru Robert Abela.

Saħaq li t-triq responsabbli tibqa’ mal-mejda tad-diskussjonijiet u fuq kif m’għandhomx ibatu t-tfal mingħajr ebda ħtija meta fil-verita’ hemm diġà proposta b’saħħitha bit-titjib sostanzjali mwiegħed mill-Gvern.

Sport