Thursday, April 25, 2024

Bernard Grech jgħid li l-PN għandu s-soluzzjonijiet għal ħtiġijiet tan-nies

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li l-ħidma tal-Partit Nazzjonalista mistennija tkompli għaliex jinsabu obbligati bħala partit li jipprovdu soluzzjonijiet għal ħtiġijiet, li skontu il-Gvern Laburista m’offriex. 

Grech qal dan waqt li kien qiegħed jindirizza attività politika ħdejn il-Mitħna fix-Xagħra, Għawdex.

Fid-diskors tiegħu, huwa allega li tant kemm għamel affarjiet bl-addoċċ dan il-Gvern, illi wieħed jagħmel is-sigħat biex jipprova jiddiskuti kollox.

Għal darb’oħra l-Kap Nazzjonalista kompla bil-kritika tiegħu għal Budget fejn qal li l-PN għandu viżjoni ekonomika eċċellenti u li l-istess viżjoni ekonomika twassal għal bidla minn dak li qegħdin ngħixu fil-preżent.

Bħalma jagħmel kważi f’kull diskors huwa kkritika lil Partit Laburista u qal li dan mhux biss falla mill-mudell ekonomiku, iżda għarraq il-ħajja tan-nies bil-piżijiet.

Sport