Persuna tmut wara li waqgħet sular minn fuq scaffolding f’Ħal Far

Aqra wkoll

Persuna tilfet ħajjitha wara li waqgħet għoli ta’ madwar sular waqt li kienet qed twettaq xogħol fuq scaffolding f’Ħal Far.

Fuq il-post tal-inċident marru membri tal-Korp tal-Pulizija kif ukoll uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jagħtu l-assistenza meħtieġa.

S’issa għadha ma ġietx stabbilita l-identità tal-vittma.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali, filwaqt li l-Pulizija u l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) qed ikomplu bl-investigazzjonijiet tagħhom biex jiċċaraw iċ-ċirkostanzi li wasslu għal dan l-inċident.

Aktar informazzjoni mistennija toħroġ fil-ħin li ġej.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport