Saturday, September 14, 2024

Persuni arrestati b’rabta ma’ traffikar ta’ droga

Aqra wkoll

Il-lejl li għadda kien lejl ieħor impenjattiv għall-Pulizija li kienet ilha xi ħin issegwi vettura li minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li allegatament xi persuni li kienu fiha kienu qed jitraffikaw id-droga.

Kienu għall-ħabta tal-10:00 p.m x’ħin il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u tal-RIU, iċċirkondaw vettura qrib il-Pjazza ta’ Buġibba. Żewġ persuni li kienu fil-vettura, ġuvni ta’ 24 sena u tfajla ta’ 20 sena ġew arrestati. Saret tfittxija fil-vettura u fil-vettura nstabet d-droga kokaina u ammont ta’ flus kontanti.

Iktar investigazzjonijiet matul is-sigħat illi għaddew wasslu biex il-Pulizija se tressaq il-Qorti il-ġuvni ta’ 24 sena illum quddiem il- Maġistrat Rachel Montebello.

Ekonomija

Sport