Monday, December 23, 2024

Persuni bid-down syndrome mexxew kafetterija għal ġurnata

Il-Prim Ministru Robert Abela jagħmel żjara u jitkellem ma’ dawn il-persuni

Aqra wkoll

Fuq inizjattiva tal-Assoċjazzjoni Maltija tad-Down Syndrome, persuni bid-down syndrome mexxew kafetterija għal ġurnata. Attività miftuħa għall-pubbliku, li kienet ċelebrazzjoni ta’ inklużjoni, fejn dawn iż-żgħażagħ kellhom l-opportunità li jkomplu jintegraw fis-soċjetà u jħaddmu l-ħiliet tagħhom, bil-ħsieb hu li tibqa’ ssir kull xahar.

Il-Prim Ministru Robert Abela nnota kif attività bħal tal-lum tipprepara iżjed lil dawn il-persuni għad-dinja tax-xogħol u hija eżempju ċar ta’ inklużjoni fil-prattika. Huwa tenna li fil-ħidma tal-Gvern tibqa’ dejjem ċentrali l-ġustizzja soċjali u li kull persuna twettaq il-ħolm tagħha f’pajjiżha. Meta tkellem mat-tmexxija ta’ din l-assoċjazzjoni, il-Prim Ministru Robert Abela rringrazzjahom tal-ħidma imprezzabbli li qegħdin iwettqu ta’ kuljum.

Din l-attività saret fl-uffiċini tal-Assoċjazzjoni Maltija tad-Down Syndrome, li sarilhom xogħlijiet ta’ rinnovar u manutenzjoni din is-sena wara investiment li sar mill-Gvern b’ħidma mill-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur.

Ekonomija

Sport