Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku lbieraħ. L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tat-3:30 p.m., fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet kollużżjoni bejn Mutur Kymco misjuq minn raġel ta’ 67 sena residenti Ħal Tarxien u BMW i3 misjuqa minn mara ta’ 79 sena residenti tas-Sliema.
It-tieni inċident ġara għal ħabta tal-5:00 p.m., fi Triq il-Mosta, Ħal Lija. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħ impatt bejn Mercedes A180 misjuqa minn raġel ta’ 28 sena residenti Birkirkara u Renault Megane misjuqa minn mara ta’ 36 sena residenti n-Naxxar.
Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u s-sewwieq tal-mutur kif ukoll ir-raġel ta’ 28 sena ttieħdu l-isptar b’ambulanza għall-kura medika.
Aktar tard, huma kienu ċċertifikati li sofrew ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.