Saturday, November 23, 2024

Persuni l-Isptar wara inċident tat-traffiku f’Santa Venera

Aqra wkoll

Żewġ persuni ddaħħlu l-Isptar wara li għall-ħabta tat-8:10 a.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Reġjonali f’Santa Venera. 

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Volkswagen Golf misjuqa minn żagħżugħ ta’ 21 sena residenti l-Gżira u mutur tat-tip Honda misjuq minn raġel ta’ 42 sena residenti l-Fgura.  

Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lix-xufier u lis-sewwieq tal-mutur  sakemm huma setgħu jittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanzi li ssejħu fil-post. 

S’issa l-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport