Saturday, December 28, 2024

“Persuni LGBTIQ qed jaħarbu għax imbeżżgħin dwar x’jista’ jiġrilhom f’każ ta’ okkupazzjoni Russa”

Aqra wkoll

Quddiem dak li għaddej fl-Ukrajna, fejn komplew l-attakki mit-truppi Russi bl-għan li jdgħajfu ir-reżistenza Ukrena, ma stajniex ma nistaqsux dwar il-komunità LGBTIQ f’dan il-pajjiż, l-aktar minħabba r-riskju li żoni sħaħ mill-pajjiż jistgħu jispiċċaw f’idejn truppi Russi.

Dwar dan Talk.mt tkellmet ma’ Olena Shevchenko, attivista favur id-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ u li tinsab fl-Ukrajna.

Hi qaltilna li “qed nippruvaw inkunu ta’ appoġġ għal persuni LGBTIQ.  Dan l-appoġġ biex ikunu rilokati. Hemm ħafna persuni li qed ifittxu li jitilqu mill-Ukrajna lejn pajjiżi oħra.  Dawn huma persuni li jinsabu imbeżżgħin li l-pajjiż jista’ jispiċċaw taħt okkupazzjoni Russa. Dawn jafu li jekk jiġri hekk, se jkun hemm martirju sħiħ għal persuni LGBTIQ. Biżżejjed wieħed jiftakar x’kien ġara fis-sena 2014 meta kien okkupat ir-reġjun Donbass u bl-okkupazzjoni tal-Krimea. Ngħid li iva, hemm ħafna persuni LGBTIQ li qed jaħarbu. Hemm dawk ukoll li spiċċaw bla dar minħabba l-attakki. Qegħdin nipprovdulhom anke konsulta psikolġika”, tgħidilna Olena.

Ekonomija

Sport