Saturday, December 28, 2024

Persuni li jfittxu t-teżori jemmnu li sabu teżor ta’ erba’ tunellati misruq min-Nażisti

Aqra wkoll

Persuni li jfittxu għat-teżori misruqa min-Nażisti skoprew tank tal-metall mifdun f’żona fejn dokumenti sigrieti jgħidu li hemm moħbija tunellati ta’ artefetti u deheb prezzjuż li kien ġew misruqa min-Nażisti fit-Tieni Gwerra Dinjija. 

Dan it-tank, li jinsab f’fond ta’ għaxar piedi, ġie skopert grazzi għat-teknoloġija geo radar waqt tfittxijiet li kienu qegħdin isiru f’konservatorju abbandunat ta’ żmien is-Seklu 18 ġewwa l-villaġġ ta’ Minkowskie fin-Nofsinhar tal-Polonja. Hu mifhum li dan it-tank huwa għoli bejn erba’ u ħames piedi u għandu dijametru ta’ 50 ċentimetru. Il-persuni li għamlu din is-sejba jemmnu li possibbilment f’dan it-tank hemm moħbija xejn inqas minn erba’ tunellati ta’ deheb u artefatti. Hu kkalkulat fi f’din iż-żona biss hemm xejn inqas minn għaxar tunellati ta’ teżori moħbijin. 

It-tiftix beda f’Mejju li għadda sewwasew f’palazz li s-suldati SS ta’ Hitler kienu jużawh bħala burdell. Is-serq ta’ deheb u affarijiet prezzjużi oħrajn kien isir taħt l-ordni tal-kap tal-SS Heinrich Himmler, u dan beda lejn l-aħħar tat-Tieni Gwerra Dinjija bil-għan li jkun jista’ “jinbena” r-Raba’ Reich.

Il-post fejn possibbilment instab dan it-teżor sar magħruf grazzi għal sejba ta’ dokumenti sigrieti kif ukoll għal djarju u mappa li dixxendenti ta’ uffiċjal tal-SS għaddew lir-riċerkaturi.  Ir-riċerkaturi issa qed nistennew li jingħataw permezz biex itellgħu dan it-tank.

Ekonomija

Sport