Monday, May 13, 2024

“Żerniq bir-Rota” fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Fl-għodwa tal-Ħadd, fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ, ittellgħet l-attività ‘Żerniq bir-Rota’. Organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ, din l-inizjattiva għandha l-għan li tippromwovi l-użu tar-roti għall-isport u anke għar-rikreazzjoni.

Il-karreġġjata tal-bypass minn Ħaż-Żebbuġ f’direzzjoni għar-Rabat mir-roundabout ta’ St Dorothy sar-roundabout taħt is-Saqqajja kienet magħluqa għall-vetturi biex minnha jgħaddu r-roti.

Din l-attività jidher li ntlaqgħet tajjeb ħafna minn bosta, tant li l-konkorrenza kienet waħda pożittiva ferm. Il-Kunsillier indipendenti fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ Steve Zammit Lupi nnota dan b’sodisfazzjon u ħabbar li din mistennija terġa’ ssir nhar il-Ħadd 4 ta’ Settembru.

Sport