Wednesday, July 29, 2026
Home Lifestyle “Persważi li ser tkun eċċellenti daqskemm kienet erba’ snin ilu”

“Persważi li ser tkun eċċellenti daqskemm kienet erba’ snin ilu”

Bjorn Formosa b'messaġġ t'awgurju lil Emma Muscat

0
948
Ritratt: Bjorn Formosa

Bjorn Formosa, li żgur m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni mal-Maltin u l-Għawdxin, iktar kmieni dalgħodu wassal messaġġ t’awgurju lill-ambaxxatriċi Maltija Emma Muscat li bħalissa qed tirrappreżentana f’Turin u li llejla se tkun waħda mill-parteċipanti tat-tieni semifinali fil-Eurovision. 

“Nixtieq nawgurawlek għal dak kollu li ksibt fil-karriera tiegħek u li għad trid tikseb … Persważi li ser tkun eċċellenti daqskemm kienet erba’ snin ilu u aktar”, kiteb Bjorn.

Huwa fakkar episodju li seħħ erba’ snin ilu meta Emma waslet lura mill-Italja u aċċettat li tkanta f’gala dinner li kien preżenti għalih Bjorn. Bjorn iddeskriva lill-kantanta bħala persuna li “Minn dejjem rat kif għamlet u ssapportjat lili u l-ALS Malta”.