Wednesday, December 25, 2024

Peter, il-kelb tad-Dwana, iwassal biex jinstabu ’l fuq minn €23,000 fi flus kontanti mhux dikjarati

Aqra wkoll

Uffiċjali tad-Dwana qabdu aktar minn €23,000 fi flus kontanti mhux dikjarati nstabu fuq żewġ passiġġieri, f’żewġ każi separati, li kienu se jaqbdu titjira lejn Istanbul.

Il-passiġġieri ntgħażlu għal tfittxija mill-uffiċjali kontra l-ħasil tal-flus wara li l-kelb tad-Dwana Peter indika b’mod ċar li l-passiġġieri kienu fil-pussess ta’ ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti.

Meta ġew mistoqsijin dwar l-ammont ta’ flus li kienu qed iġorru, iż-żewġ passiġġieri qalu li kienu qed iġorru preċiżament €10,000. Madankollu l-uffiċjali tad-Dwana ma kinux konvinti bit-tweġiba tal-passiġġieri u fi tfittxijiet ulterjuri nstabu €11,480 u €12,150.

Hekk kif tippermetti l-liġi, iż-żewġ passiġġieri laħqu ftehim barra mill-Qorti u ġew immultati. Id-Dwana tfakkar li flus kontanti jew ċekkijiet iffirmati li jaqbżu l-€10,000 għandhom jiġu dikjarati meta ieħed jivvjaġġa minn u lejn Malta u kif ukoll lejn pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea.

Ekonomija

Sport