Sunday, May 19, 2024

Reġistrat tnaqqis fin-numru ta’ każi ġodda; Jinqabżu t-300,000 swab test

Aqra wkoll

In-numru ta’ każi ġodda reġistrati matul dawn l-aħħar 24 siegħa minn 2,561 swab test jammontaw għal 109 każi. Fl-istess waqt kien hemm sitt persuni li kienu rapportati bħala li rkupraw mill-virus, biex għaldaqstant in-numru ta’ kai attivi jammontaw għal 1,450.

Filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati mill-każi tal-bieraħ jirriżultaw 40 każ ta’ membri tal-familja li ġew f’kuntatt ma’ qraba diġà pożittivi, 17-il każ ta’ tixrid tal-virus fuq il-post tax-xogħol, seba’ każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt ma’ persuni diġà pożittivi għall-Covid-19, sitt każi minn attivitajiet soċjali, u żewġ każi oħrajn importati.

Intant in-numru ta’ swab test li saru mill-bidu tal-pandemija f’pajjiżna jammonta għal 300,326.

Sport