Peter il-kalb tad-Dwana kien strumentali biex ilbieraħ inqabdu kważi €29,000 fi flus kontanti mhux dikjarati.
Waqt li passiġġieri kienu qed jgħaddu minn proċedura ta’ screening qabel titjira lejn Lisbona, fil-Portugall, Peter indika l-possibbiltà ta’ flus kontanti fuq passiġġieri Franċiż li kien se jaqbad it-titjira.
Uffiċjali tad-Dwana mit-Taqsima ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus spezzjonaw il-bagalji tal-passiġġier li wasslu biex ġew elevati €28,750.
Il-passiġġier qabel li jħallas multa b’rabta ma’ dan ir-reat.