Friday, December 27, 2024

Petizzjoni biex Anthony Taylor ma jibqax jikkontrolla logħbiet ta’ Chelsea

Aqra wkoll

Il-partitarji ta’ Chelsea qed jiffirmaw petizzjoni biex ir-referee Anthony Taylor ma jibqa’ jikkontrolla partiti tagħhom.

Permezz tal-media soċjali, din il-petizzjoni ġabret 75,000 firma fi spazju ta’ ftit sigħat hekk kif il-Ħadd it-team tagħhom spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Tottenham.

Huma qed isostnu li matul iż-żmien, kull darba li Taylor kien l-uffiċjal tal-logħba, huma dejjem batew minn deċiżjonijiet kontroversjali kontra tagħhom.

Huwa sostnew li l-ebda goal mit-tnejn li skorjaw Tottenham ma messhom ġew konvalidati.

Dan minħabba li l-ewwel goal skorjat minn Pierre-Emile Hojbjerg beda minn foul ta’ Rodrigo Bentancur fuq Kai Havertz f’nofs il-ground. Barra minn hekk Richarlison kien f’pożizzjoni ta’ offside.

It-tieni goal skorjat minn daqqa ta’ ras ta’ Harry Kane wasal fis-96 minuta minn corner. Peró, skond il-petizzjoni, il-corner qatt ma messu ngħata minħabba li Cristiano Romero ġibed xahar Marc Cucurella fl-azzjoni preċedenti.

Il-petizzjoni kompliet tgħid li: “Taylor għandu aġenda kontra Chelsea u għaldaqstant ma għandux jitħalla jikkontrolla logħbiet li fihom ikun involut il-club tagħna.”

Ekonomija

Sport