Tuesday, May 14, 2024

Ċiklist iweġġa’ gravi f’inċident ma’ trakk f’Bormla

Aqra wkoll

Ċiklist weġġa’ gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-4:15 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Dom Mintoff f’Bormla.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Ħamruniż kien qiegħed isuq ir-rota meta kien involut f’inċident ma’ trakk DAF LF55 220 misjuq minn raġel ta’ 67 sena residenti l-Qrendi.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assista liċ-ċiklist sakemm huwa seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport