Tuesday, April 30, 2024

Tfajla tweġġa’ gravi f’inċident fir-Rabat

Aqra wkoll

Żewġ persuni ddaħħlu l-Isptar wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fil-limiti tas-Salib fir-Rabat.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Hyundai Amica misjuqa minn raġel ta’ 66 sena residenti l-Imtarfa u Honda Civic misjuqa minn ġuvni ta’ 18-il sena residenti Ħad-Dingli. Fil-Honda kien hemm ukoll tfajla ta’ 16-il sena.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanzi li ħadu lir-raġel ta’ 66 sena u lit-tfajla l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika. Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif filwaqt li t-tfajla ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport