Thursday, April 18, 2024

Iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn gallarija f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Raġel weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tas-2:00 a.m kien involut f’inċident fi Triq l-Imrejkba f’San Pawl il-Baħar. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 32 sena minn Ħ’Attard kien waqa’ minn gallarija wara li għeleb meta għal xi raġuni ċeda l-ilqugħ tal-istess gallarija.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport