Thursday, May 2, 2024

Manchester United iridu lil Mauro Icardi

Aqra wkoll

Manchester United għamlu kuntatt mal-aġent tal-attakkant internazzjonali Arġentin, Mauro Icardo, wara li dawn saru jafu li ma jinsabx aktar fil-pjani tal-coach il-ġdid ta’ Paris St Germain, Christophe Galtier.

Dan il-player ta’ 29 sena jinsab fuq il-lista tat-trasferimenti.

Min-naħa tagħhom, ir-Red Devils iridu jakkwistaw attakkant minħabba li ma jafux jekk Cristiano Ronaldo hux se jħalli l-club.

Aktar minn hekk, fiż-żewġ logħbiet tal-Premier League, l-uniku goal li skorjaw wasal minn auto-goal fit-telfa ta’ 2-1 kontra Brighton. Imbagħad fit-tieni partita huma sfaw megħluba minn Brentford bl-iskor ta’ 4-0.

Sport