L-attakkant ta’ Arsenal, Pierre-Emerick Aubameyang qed jitqies bħala mira ta’ trasferiment għal ħames clubs ewlenin Ewropej.
Wara li naqas milli jidher għall-Gunners minħabba miżuri ta’ dixxiplina fl-aħħar tal- 2021, il-Gunners u Aubameyang huma kuntenti li jisseparaw minn ma’ xulxin qabel tmiem it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.
Newcastle United huma ferm interessati fis-servizzi tiegħu iżda l-player ta’ 32 sena mhux jonqos minn ammiraturi oħra.
Fil-fatt, Paris Saint-Germain jisnabu favoriti għall-akkwist tal-internazzjonali mill-Gabon.
AC Milan, Juventus, Sevilla u Marseille jingħad ukoll li huma lesti li jippruvaw jinnegozjaw it-termini għall-attakkant, li fadallu inqas minn 18-il xahar fil-kuntratt tiegħu.
Il-club mill-Għarabja Sawdija Al Nasr jibqa’ attiv ukoll fit-taqtiegħa li jakkwista lil Aubameyang, ukoll, wara li ressaq proposta ta ‘self bl-obbligu ta’ xiri.